Ftit sigħat wara li one.com.mt żvela li l-Partit Nazzjonalista se jsejjaħ laqgħa urġenti għall-membri parlamentari, l-uffiċju informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista bagħat jinforma lill-produzzjoni tal-programm Nistaqsu (li jixxandar fuq ONE) li m’huma se jibagħtu lil ħadd bħala rappreżentant min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.
Kien nhar il-Ġimgħa li l-produzzjoni ta’ Nistaqsu bagħtet stedina biex il-Partit Nazzjonalista jibgħat r-rapreżentant tiegħu għall-programm. Għaddew tlett t’ijiem li tulhom ma kien hemm ebda risposta sakemm it-Tnejn wara nofsinhar l-Uffiċċju Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista informa lill-produzzjoni tal-programm li m’huma se jibgħatu lil ħadd.
Risposta li ngħatat ftit sigħat biss wara li kien ikkonfermat dak li żvela one.com.mt, dik li għada l-Partit Nazzjonalista se jkollu laqgħa urġenti għall-membri parlamentari. Laqgħa li qed issir fl-isfond tad-diżgwid intern fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u l-kritika li qed issir fil-konfront tal-Kap tal-istess Partit Simon Busuttil.
Il-programm Nistaqsu t’għada fid-21:00 se jkun qiegħed jiddiskuti l-qagħda politika tal-pajjiż.