Is-sena l-oħra, is-sena li faqqgħet il-pandemija, f’Malta l-ħaddiema fis-settur tal-manifattura żdiedu iżda madwar l-Ewropa, kważi tliet kwarti ta’ miljun persuna li kienu jaħdmu fl-industrija tal-manifattura, tilfu ħobżhom.
Analiżi mis-sit The Journal tinnota li mbagħad fil-kriżi finanzjarja tal-2008, is-settur tal-manifattura f’Malta naqqas il-ħaddiema bi 8% filwaqt li l-medja Ewropea it-tnaqqis kien ta’ 6%.
Skont statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, il-valur reġistrat fis-settur, is-sena l-oħra kien ta’ €993 miljun, ftit iktar mis-sena ta’ qabel meta ma kienx hemm pandemija.
Fil-fatt fl-2019 il-valur reġistrat fil-qasam tal-manifattura kien ta’ €989 miljun.
B’kuntrast, il-valur reġistrat fil-kumplament tal-Ewropa naqas b’6.5%.
Il-valur miżjud tal-industrija tal-manifattura fl-Ewropa naqas mija u erbgħa u tletin darba iżjed minn fi gżiritna.
The Journal jinnota li l-għajnuna tal-Gvern tal-Covid Wage Supplement u l-fatt li l-fabbriki baqgħu għaddejin, waslu biex is-settur tal-manifattura baqa’ reżiljenti u jdawwar ir-rota.
Mill-banda l-oħra, id-Danimarka, il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka, stati membri industrijalizzati ferm fejn għandhom bosta fabbriki, l-industrija tal-manifattura ħadet daqqa.
Il-ġimgħa l-oħra, waqt żjara fil-fabbrika tat-Trelleborg, fejn tħabbar li l-kumpanija se tkompli tespandi l-operat tagħha u min-naħa l-oħra tnaqqas l-emmissjonijiet bin-nofs, il-Prim Ministru Robert Abela esprima wkoll viżjoni ambizzjuża li sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura, fis-settur tal-manifattura, pajjiżna jirreġistra bejgħ t’aktar