Dalgħodu, waqt li kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar kif matul din il-ġimgħa waslet f’pajjiżna, għodda għat-testijiet li r-riżultat tiegħu joħroġ ftit tal-minuti wara.
Il-Ministru Fearne spjega kif bħalissa għaddejjin arranġamenti sabiex tkun ivverifikata l-effiċjenza ta’ dawn it-testijiet, sabiex b’hekk fi ftit tal-ġimgħat oħra dawn se jkunu qed jingħaqdu mat-testijiet li jsiru ta’ kuljum.