F’pajjiżna hawn 49 każ ta’ Covid-19 mill-varjant tar-Renju Unit u każ wieħed mill-varjant tal-Afrika t’Isfel.
Dan sostnieh id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Spjega li l-persuni infettati jiġu iżolati minnufih.
Studji inizjali juru li l-vaċċin tal-Pfizer u Moderna huma effettivi għall-varjanti msemmija, fosthom dak tal-Afrika t’Isfel.