F’Ottubru li għadda l-persuni li ġew rreġistrati f’impjieg full-time żdiedu b’erbgħa punt wieħed fil-mija meta wieħed iqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel, meta ma kienx hawn pandemija.
Dan ħareġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn kkonfermat ukoll li l-maġġoranza taż-żieda fl-impjiegi fulltime ġiet mis-setturi amministattivi u tas-saħħa u ħidma soċjali.
L-NSO qal li l-maġġoranza assoluta tal-impjiegi full-time żdiedu fis-settur privat b’aktar minn sebat elef u mitejn persuna.