“L-istat ta’ emerġenza impost fi Franza wara l-attakki f’Pariġi għandhom ikunu estiżi biex nipproteġju l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla”.
Dan qalu l-Prim Ministru Bernard Cazeneuve. Huwa qal li kien qed ifittex li l-estensjoni tkun sal-15 ta’ Lulju biex tkopri żmien importanti fil-politika Franċiża.
Il-Parlament mistenni japprova din il-miżura nhar it-Tlieta, biex b’hekk din tkun il-ħames estensjoni ta’ emerġenza introdotta wara l-attakki tat-13 ta’ Novembru tas-sena li għaddiet.
Estremisti Islamiċi kienu qatlu 130 persuna u kkawżaw ġrieħi lil mijiet oħra.