Mistennija xalata oħra ta’ mużika u divertiment waqt il-‘Hard Rock Cafe – Beland Music Festival. Din hi attivita mużikali mifruxa fuq tlett ijiem li tinvolvi għad ta artisti ta kalibru, kemm lokali kif ukoll internazzjonali.
Wara is-suċċess tal-ħames edizzjonijiet li għaddew, li ġibdu eluf ta nies lejn ir-raħal taż-Żejtun, is-sitt edizzjoni se tittella’ bejn l-Erbgħa hamsa u l-Ġimgha sebgħa ta’ Lulju, fiż-żona ta Bulebel iż-Żejtun.
Dettalji dwar dan il-festival ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn intqal li l-edizzjoni ta’ din is-sena kienet possibli wara li l-għaqda Beland irċiviet għajnuna finanzjarja u bbenefikat minn fondi tal-Cultural Partnership Agreement. Dan hu programm ta’ fondi li jingħata fuq medda ta’ tlett snin lill-għaqdiet li jippromwovu l-arti u l-kultura u li dwaru tkellem b’sodisfazzjon il-Ministru Owen Bonnici.
Il-Ministru seta’ jisma wkoll l-apprezzament ta’ dawk li bbenefikaw bi Tracy Vella, waħda mill-organizatturi tal-festival titkellem dwar kemm għamlu differenza. Fi kliemha: ‘Ħadna dawn il-fondi biex ngħollu l-livell tal-festival..stjana nħarsu lejn banda t’aktar kalibru, aktar oroiginali, dik hi waħda mid-dfferenzi ewlenin li se jkollna dis sena. Inkunu qed nagħtu opportunità wkoll lil bands lokali li għadhom upcoming’.
Il-festival se jiftaħ bi spettaklu mill grupp Alphaville li ħadu l-fama fis-snin 80 bid-diski ‘’Big in Japan’’, ‘’Jet Set’’, ‘’Dance With Me’’ u ‘’Forever Young’’. Chris Norman – il-vuċi oriġinali tal-grupp Smokie, se jkun qed itella’ kunċert flimkien mal-band tiegħu il-Ħamis fit-tieni jum tal-festival. Chris Norman huwa magħruf għas-suċċess li kiseb fil-karriera ma’ Smokie bid-diski ‘’Living Next Door To Alice’’.
Il-Festival jgħalaq b’kunċert mistenni ta Ira Losco. Dan se jkun l-ewwel kunċert tagħha wara li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision, u ser ikun spettaklu nnovattiv li jinvolvi numru ta artisti lokali u nternazzjonali.
Il-Ministru Bonnici saħaq li dan huwa eżempju u xhieda ċara ta’ kemm il-Gvern ghandu għal qalbu l-kultura u arti Maltija filwaqt li sostna li l-attivitajiet kulturali ghandhom jinfirxu mal-pajjiż kollhu u mhux biss fil-kapitali.