Forzi Russi jaslu f’Każakistan hekk kif l-irvellijiet fil-pajjiż ma waqfu xejn wara ż-żieda fil-prezz tal-fjuwil.
Il-Ministeru għall-Intern tal-Każakistan qal li 26 kriminal li kienu armati sa snienhom inqatlu u 18-il uffiċjal tas-sigurtà mietu waqt il-ġlied.
Il-Ministru kkonferma wkoll li s’issa hemm mat-3,000 persuna li ġew arrestati.
Fi stqarrija maħruġa llum, il-President tal-Każakistan qal li fil-biċċa l-kbira tar-reġjuni tal-pajjiż reġgħet daħlet l-ordni, madanakollu l-operazzjonijiet militari se jibqgġu għaddejjin sakemm il-militanti jiġu eliminati għal kollox.
In-Nazzjonijiet Magħquda, ir-Renju Unit u Franza lkoll tennew għall-waqfien mill-ġlied u vjolenza bejn il-forzi tal-Gvern u r-ribelli.