Forzi Militari Amerikani qalu li niżllu ‘the mother of all bombs’, litterlament l-omm ta’ kull bomba li qatt tniżżlet qabel, fl-Afganistan. Hija bomba ta’ 9,800 kilogramma li tniżżlet fuq mina li tintuża minn militanti tal-Istat Iżlamiku. L-isem tekniku tagħha huwa GBU-43/B Massive Ordnance Air Blast Bomb, jew aħjar MOAB. Skont il-Pentagon, tniżżlet minn ajruplan Amerikan fil-provinċja Nangarhar.
Din l-aħbar tasal sigħat biss wara li l-Pentagon ammettew attak fl-ajru fis-Sirja qatel 18-il ribell bi żball. Il-forza li ntużat fis-Sirja suppost kellha tkun fuq post partikolari tal-IS, iżda minflok inqatlu fibelli mil-Forzi Demokratiċi Sirjani, li għandhom appoġġ minn Washington.