Footballers Maltin ingħaqdu flimkien biex jgħaddu messaġġ ta’ tama lill-poplu Malti.
Fost il-messaġġi li għaddew, bosta saħqu fuq l-importanza li nisimgħu mill-professjonisti billi nobduhom, naħslu idejna u nibqgħu kemm jista’ jkun id-dar.
Tennew li għandna nieħdu ħsieb xulxin biex ma nitfgħu lil ħadd f’riskju.
Bosta oħrajn għaddew messaġġ ta’ kuraġġ u tama għaliex bħalma huma jissieltu fil-grawnd nazzjonali jirbħu l-logħba, aħna ser nissieltu biex negħlbu din l-isfida.
Ser nissieltu flimkien biex negħlbuha flimkien.
Fost il-personalitajiet tal-football Malti nistgħu nsibu lill-kowċ Paul Zammit u lill-footballers Rowen Muscat, Clayton Failla u Ryan Fenech fost oħrajn.