“M’aħniex biss team tal-Futsal imma aħna familja. B’hekk inħossu li qiegħdin niksbu suċċess”
Kiteb dan Stuart Diacono, parti mit-team Valletta Futsal, li nhar is-Sibt li għadda żaru lil dak li ddeskrivew bħala “super kid” – iċ-ċkejken Giacomo.
“Tifel li kapaċi jtik tagħlima għal ħajtek” żied jgħid Diacono, li ltaqa’ ma’ Giacomo meta żaru Puttunu Cares. “Ma tistax ma tinnotax il-kuraġġ kbira li għandu u d-daħka li mhux ta min wieħed jinsiha”.
Ir-ritratti, li rajnihom fuq Facebook, juru l-ferħ ta’ Giacomo u ommu – evidenti li ċ-ċjekjen iħobb l-isport. “Li tara omm ferħana għax binha huwa ferħan huwa l-aqwa mument li wieħed jista’ jesperjenza” kiteb Diacono. Eżempju li nemmnu għandu jkaxkar.