Nhar is-Sibt, 20 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi minn esperjenza doppja fil-Forti Sant’Iermu, l-Belt, Valletta. Il-parteċipanti jistgħu jgawdu l-vantaġġ tal-pożizzjoni dominanti tas-swar tal-forti ħalli jsegwu t-tluq tad-dgħajjes tal-Middle Sea Race minn ġewwa l-Port il-Kbir fil-Belt. Barra minn hekk, dawn jistgħu jibbenefikaw ukoll minn żjara madwar il-forti flimkien mal-kuratur tas-sit. Riċeviment żgħir se jkun servut waqt dan l-avveniment.
Iż-żjara fil-Forti Sant’Iermu se tiffoka fuq l-Istorja tas-sit relatata mal-pożizzjoni strateġika tiegħu, partikolarment bħala gwardjan taż-żewġ portijiet prinċipali ta’ Malta.
Post u ħin: Quddiem id-daħla ta’ Forti Sant’Iermu fid-9:00am.
Biljetti: Adulti €10. Anzjani/studenti/tfal/membri ta’ Heritage Malta €8. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta, kif ukoll online.
Il-biljetti għal din l-attività huma limitati. Għal aktar informazzjoni, ċempel 2395 4242 (matul il-ħinijiet tal-uffiċċju).
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit ta’ Heritage Malta http://www.heritagemalta.org