Tul is-summit Ewropew li se jsir għada f’Salżburgu, fl-Awstrija, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May se tkun qed tipprova ssib l-armonija bżonnjuża fin-negozjati Brexit. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll se jkun preżenti.
Lejlet dan is-summit informali, il-negozjatur ewlieni għal Brexit Michel Barnier qal li jista jkun li sab soluzzjoni fuq il-kwistjoni tal-fruntieri Irlandiżi. Soluzzjoni li żgur se tinżel tajjeb ma’ May, li fl-aħħar jiem affaċċjat kritika qalila minħabba l-famuż ftehim Chequers li ma niżel xejn tajjeb mal-poplu Ingliż.Is-summit li jmiss bejn il-mexxejja Ewropej li se jsir bejn it-18 u d-19 ta’ Ottubru li ġej se jkun il-mument tal-prova għan-negozjati Brexit. Hawnhekk se jkun determinat jekk l-U.E. u r-Renju Unit hux se jilħqu ftehim jew le.
“Hemmhekk se naraw jekk il-ftehim li aħna naħsbu li ħaqqna hux se jkun possibbli” stqarr Barnier.