L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa qaltilna ċar: aħna fil-quċċata tal-klassifika ta’ pajjiżi Ewropej bi problema tal-obeżità.
Wara din it-turija kerha tar-realtà, ħafna kienu l-inizzjattivi li nibtu biex iħeġġu lit-tfal isegwu ħajja attiva. Il-Proġett Ewropew On The Move se jindirizza l-problema b’mod ħolisitiku, u mhux biss se jħarreġ lit-tfal fl-isports, iżda se jinkludi wkoll lill-ġenituri, fil-ħolqien ta’ stil ta’ ħajja aħjar.