McLaren iddominaw it-tieni Grand Prix tal-istaġun tal-Formula 1 meta, fiċ-ċirkwijt ta’ Shanghai iċ-Ċina kmieni l-Ħadd filgħodu, kisbu l-ewwel pożizzjonijiet.
Oscar Piastri daħal l-ewwel filwaqt li sieħbu tal-istess team Lando Norris daħal fit-tieni post.
George Russell fuq Mercedes spiċċa fit-tielet post filwaqt li Max Verstappen fuq Red Bull daħal ir-raba’ wara dwell finali mas-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc.
Is-sewwieq l-ieħor ta’ Ferarri Lewis Hamilton spiċċa fis-sitt post.
L-EWWEL GĦAXAR POŻIZZJONIJIET (GP TAĊ-ĊINA)
1. Oscar Piastri (McLaren)
2. Lando Norris (McLaren)
3. George Russell (Mercedes)
4. Max Verstappen (Red Bull)
5. Charles Leclerc (Ferrari)
6. Lewis Hamilton (Ferrari)
7. Esteban Ocon (Haas)
8. Kimi Antonelli (Mercedes)
9. Alex Albon (Williams)
10. Oliver Bearman (Haas)
(Photo Credit: GETTY Images)