Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix inawgurali ta’ Miami wara dwell mas-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc. Verstappen deher li kien se jkollu rebħa faċli, biss għaxar laps mit-tmiem kellha toħroġ is-safety car minħabba inċident bejn il-karozzi McLaren ta’ Lando Norris u Alpha Tauri ta’ Pierre Gasly.
Dan wassal biex id-distakk bejn Verstappen u Leclerc naqas biex l-aħħar parti tat-tellieqa kienet waħda drammatika bil-ferrarista il-ħin kollu ipoġġi pressjoni fuq iċ-champion renjanti.
Minkejja kollox Verstappen żamm sod u baqa’ fl-ewwel post sal-aħħar. B’din ir-rebħa id-distakk fil-klassifika bejn Leclerc u Verstappen naqas għal 19-il punt.
Verstappen beda t-tellieqa mit-tielet post iżda mill-ewwel fetaħ attakk fuq iż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari li bdew mill-ewwel żewġ postijiet fil-grid.
Fit-tielet post wara Verstappen u Lelcrec spiċċa Carlos Sainz fuq Ferrari. Sergio Perez fuq Red Bull spiċċa r-raba’. Segwew fil-ħames u s-sitt post iż-żewġ sewwieqa ta’ Mercedes George Russell u Lewis Hamilton rispettivament.
B’hekk fil-klassifika tas-sewwieqa, fl-ewwel tliet postijiet insibu lil:
Charles Leclerc (Ferrari) 104 punt
Max Verstappen (Red Bull) 85 punt
Sergio Perez (Mercedes) 66 punt
Fil-Klassiifka tal-Kostrutturi:
Ferrari 157 punt
Red Bull 152 punt