Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen kiseb il-pole position għal GP ta’ għada f’Imola l-Italja. Verstappen rebaħ l-isprint race li saret is-sibt wara nofs-in nhar wara dwell ma’ Charles Leclerc fuq Ferrari.
Wara li beda fuq quddiem, Verstappen ra lil Leclerc jgħaddieh. Sprint Race li fil-bidu tagħha kellha toħrog is-safety car, wara inċident bejn il-karozzi ta’ Pierre Gasly u Zhou Guanyu.
Hekk kif deher li Leclerc se jtemm l-ewwel, żewg laps mit-tmiem, Verstappen irnexxielu jissupera lis-sewwieq ta’ Ferrari u spiċċa hu l-ewwel.
Leclerc temm fit-tieni post segwiet mis-sewwieq l-ieħor ta’ Red Bull Sergio Perez. Carlos Sainz fuq Ferrari spiċċa r-raba’.
Segwew fl-ordni: Lando Norris (McLaren Mercedes), Daniel Ricciardo (McLaren Mercedes), Valtteri Bottas (Alfa Romeo) u Kevin Magnussen (HAAS). Ġurnata negattiva għas-sewwieqa ta’ Mercedes George Russel u Lewis Hamiltom li spiccaw rispettivament fil-ħdax u fl-erbatax -il post.
Fl-ewwel sitt pożizzjonijiet tal-kalssiifka tas-sewwieqa insibu lil:
Charles Leclerc 78 punt
Carlos Sainz 38 punt
George Russell 37 punt
Sergio Perez 36 punt
Max Verstappen 33 punt
Lewis Hamilton 28 punt