Is-sewwieq brittanniku Lewis Hamiltom jinsab viċin li jsieħeb lit-team taljan Ferrari mis-sena d-dieħla. Huwa b’hekk se jkun qed jieħu post Carlos Sainz filwaqt li jingħaqad mas-sewwieq l-ieħor ta’ Ferrari Charles Leclerc.
Il-kuntratt ta’ Hamilton mat-team Mercedes jiskadi fi tmiem dan l-istaġun u l-possibilita’ hi li dan ma jġeddux. Hamilton rebaħ it-titlu ta’ champion tad-dinja tas-sewwieqa seba’ darbiet għalkemm f’dawn l-aħħar żewġ staġuni naqas li jirrepeti s-suċċessi tal-passat. L-aħħar rebħa għal Hamilton tmur lura għal Diċembru 2021 meta kien rebaħ il-GP tal-Għarabja Sawdija.