Il-brittanniku Lewis Hamilton huwa uffiċjalment sewwieq ta’ Ferrari. L-aħbar kienet ilha tissemma’ matul dawn l-aħħar ġranet iżda ġiet imħabbra b’mod uffiċjali tard il-Ħamis filgħaxija.
Fl-ewwel kummenti, Hamilton qal li jinsab mimli entużjażmu għal din l-isfida l-ġdida.Huwa sellem lit-team Mercedes li magħhom qatta’ ħdax-il sena ta’ suċċessi. Qal li d-deċiżjoni li jħalli lil Mercedes kienet l-iktar waħda iebsa li qatt ħa f’ħajtu.
Hamilton se jkun qed jikkompeti mat-team ta’ Maranello s-sena d-dieħla. Huwa se jkun it-tieni sewwieq flimkien ma’ Chrles Leclerc, filwaqt li se jieħu post Carlos Sainz, li l-kuntratt tiegħu ma’ Ferrari jiskadi fi tmiem dan l-istaġun.