Il-kampjonat tal-Formula 1 din is-sena kompla jsir aktar interessanti wara r-rebħa ta’ Max Verstappen fil-GP tal-Italja l-Ħadd wara nofs-in nhar. Dan wassal biex it-taqtiegħa fil-kampjonat tas-sewwieqa tkompli tiħrax.
Max Verstappen fuq Red Bull rebaħ il-GP tal-Emilia Romagna f’tellieqa mill-aqwa għalih. Huwa mar fuq quddiem fil-bidu tal-GP u baqa’ fl-ewwel post sal-aħħar.
Is-sewwieqa ta’ McLaren Lando Norris u Oscar Piastri spiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament.
Tellieqa tajba għal Lewis Hamilton Ferrari li temm fir-raba’ post, b’sieħbu tal-istes steam Charles Leclerc jispiċċa fis-sitt pożizzjoni.
Fil-klassifika għalhekk issa nsibu lil Oscar Piastri fl-ewwel post b’146 punt segwit minn Lando Norris b’133 punt.
Fit-tielet post Max Verstappen b’124 punt, George Russell b’99 punt u l-Ferraristi Charles Leclerc u Lewis Hamilton li għandhom 61punt u 53 punt rispettivament.
RIŻULTAT FINALI
1) Max Verstappen (Red Bull)
2) Lando Norris (McLaren)
3) Oscar Piastri (McLaren)
4) Lewis Hamilton (Ferrari)
5) Alex Albon (Williams)
6) Charles Leclerc (Ferrari)
7) George Russell (Mercedes)
8) Carlos Sainz (Williams)
9) Isack Hadjar (Racing Bulls)
10) Yuki Tsunoda (Red Bull)
(Photo Credit: EPA)