Il-Gran Prix tal-Ażerbaijan huwa t-tmien Gran Prix tal-istaġun li tħassar minħabba l-Coronavirus. Din il-Gran Prix li ssir fit-toroq tal-stess pajjiż kienet skedata li ssir fil-7 ta’ Ġunju iżda ġiet postposta b’mod indefinit wara laqgħat bejn l-uffiċjali responsabbli minn din it-tiġrija. Huwa maħsub li din it-tiġrija ssir aktar tard matul din is-sena.
Issa l-ewwel Gran Prix tal-istaġun hija skedata għal 14 ta’ Ġunju f’Montreal il-Kanada.
Il-Kampjonat tal-Formula Wieħed kellu jibda fl-15 ta’ Marzu fl-Awstralja iżda ġie kkanċellat jiem ilu. Tiġrijiet oħra li ġew posposti huma dik tal-bieraħ fil-Bahrain, it-tnejn li kellhom isiru f’April fil-Vietnam u fiċ-Cina kif ukoll dawn li kienu skedati għal Mejju fl-Olanda, Spanja u Monaco rispettivament.