Is-sewwieqa tal-Ferrari Lewis Hamilton u Charles Leclerc gew skwalifikati mill-GP tac-Cina minhabba irregolarita’ teknika.
Ftit wara l-GP tal-lum, is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc u dak ta’ Alpine Pierre Gasly gew skwalifikati minhabba li l-karozzi taghhom kienu ta’ piz anqas minn dak mitlub mir-regolamenti.
Min-naha tieghu Hamilton gie skwalifikat wara li nstab li wahda mill-skid blocks tal-karozza tieghu kienet inqas mill-hxuna rikjesta mir-regoli tal-Formula 1.
B’hekk it-tliet sewwieqa tilfu l-pozizzjoniiet taghhom. Leclerc tilef il-hames post, Hamilton tilef is-sitt post u Gasly tilef il-11 -il post.
Wara din l-iskwalifika ir-rizultat aggornat huwa dan:
1. Oscar Piastri (McLaren)
2. Lando Norris (McLaren)
3. George Russell (Mercedes)
4. Max Verstappen (Red Bull)
5. Esteban Ocon (Haas)
6. Kimi Antonelli (Mercedes)
7. Alex Albon (Williams)
8. Oliver Bearman (Haas)
9. Lance Stroll (Aston Martin)
10. Carlos Sainz (Williams)