It-tmexxija tal-Formula 1 iddeċidiet li tittermina l-kuntratt li kellha mar-Russja. Il-Grand Prix ta’ Sochi ta’ Settembru li ġej diga kien ġie ikkanċellat il-ġimgħa l-oħra bi protesta għall-invażjoni russa fl-Ukrajna, iżda bid-deċizjoni tal-lum mhu se jkun qed isir l-ebda Grand Prix ieħor tal-Formula 1 fir-Russja.
Mis-sena d-dieħla il-Grand Prix tar-Russja suppost kellu jibda jsir f’San Pietruburgu iżda issa l-FIA se tkun qed tfittex pajjiż ieħor biex isir dan il-Grand Prix.
Intant fi żvilupp ieħor mill-Formula 1, iċ-champion renjanti Max Verstappen estenda l-kuntratt tiegħu ma’ Red Bull sas-sena 2028. Huwa se jkun qed jieħu salarju ta’ 38 miljun ewro fis-sena.