Il-Ferrari ippreżentaw il-karozza l-ġdida għall-istaġun il-ġdid tal-Formula 1 li se jibda fl-20 ta’ Marzu li ġej. Il-karozza ġġib l-isem ta’ F1-75 u qed tfakkar il-75 anniversarju minn meta Enzo Ferrari ipproduċa l-ewwel karozza Ferrari.
Il-karozza għandha taħlita ta’ iswed u aħmar li jmur lura għad-disinn tal-ewwel karozzi Ferrari.
It-team ta’ Maranello qed jittama fi staġun aħjar minn ta’ qablu b’Charles Leclerc u Carlos Sainz jippruvaw joffru sfida aktar qawwija lit-teams ta’ Mercedes u Red Bull.
Intant dejjem mill-Formula 1 tħabbar illum li Michael Masi tneħħa mill-kariga ta’ direttur tat-tlielaq u dan b’rabta mal-mod kontroversjali kif mexxa l-aħħar GP tal-istaġun li għadda f’Abu Dhabi. Tħabbar ukoll li mill-istaġun li jmiss se tibda tintuża sistema simili għal VAR (Video Assistant Referee) li nsibu fil-futbol.