Charles Leclerc fuq Ferrari rebaħ il-Grand Prix tal-Awstralja li sar il-Ħadd filgħodu fiċ-ċirkwiet ta’ Albert Town. Għalih dan kien it-tieni Grand Prix li rebaħ mit-tlieta li saru sa issa dan l-istaġun. Leclerc iddomina għal kollox it-tellieqa, b’Sergio Perez fuq Red Bull jispiċċa t-tieni 20 sekonda warajh.
Fit-tielet post daħal is-sewwieq ta’ Mercedes George Russell filwaqt li Lewis Hamilton ukoll fuq Mercedes temm fir-raba post.
Diżappunt għaċ-Champion renjanti Max Verstappen fuq Red Bull hekk kif rega’ kellu xi problemi u rtira mit-tellieqa.
Bir-rebħa tal-lum, Leclerc issa għandu vantaġġ ta’ 34 punt fuq George Russell. Fil-klassifika tal-kostrutturi l-Ferrari għandhom total ta’ 104 punti segwieti minn Mercedes b’65 punt.