Carlos Sainz fuq Ferrari rebaħ il-Grand Prix ta’ Silverstone, li kienet l-ewwel rebħa fil-karriera. Sainz rebaħ tellieqa kumbattuta u drammatika li fil-bidu tagħha kienet karatterizzata minn inċident ikrah li fih kien involut is-sewwieq tal-Alfa Romeo Zhou Guanyu. Kawża ta’ dan l-inċident it-tellieqa ittardjat b’siegħa.
Fl-inċident kienu involuti xi karozzi, iżda l-agħar li mar kien iċ-ċiniż Zhou Guanyu li nqaleb bil-karozza. B’xorti tajba, is-sewwieq ċiniż ma kellux konsegwenzi gravi.
Meta kompliet it-tellieqa Max Verstappen għadda lil Carlos Sainz, b’dan tal-aħħar kien telaq mill-pole position. Iżda ftit wara Sainz reħa mar fuq quddiem.
L-aħħar parti kienet ikkaratteriżżata minn battalja sħiħa bejn l-ewwel erba’ sewwieqa, b’Sdainz pero jirnexxielu jtemm l-ewwel.
Fit-tieni post daħal is-sewweiq ta’ Red Bull Sergio Perez segwiet minn Lewis Hamilton fuq Mercedes fit-tielet post.
Segwew fl-ordni: Charles Leclerc, Fernando Alonso, Lando Norris u Max Verstappen li kellu jikkuntenta bis-seba’ post.
Fil-Klassifika tas-sewwieqa, Max Verstappen jibqa’ l-ewwel b’181 punt, segwiet minn Sergio Perez b’147 punt. Fit-tielet post Charles Leclerc b’138 punt u fir-raba’ post Carlos Sainz b’127 punt.