Is-sewwieq spanjol Carlos Sainz ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Ferrari sas-sena 2024.
Kien Sainz innifsu li ħabbar dan wara li kien hemm ħafna spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu mal-iscuderia ta’ Maranello.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Jidher li Sainz kellu xi differenzi mat-team taljan l-aktar wara li s-sewwieq l-ieħor Charles Leclerc seraq ix-xena bil-prestazzjonijiet pożittivi li qed ikollu dan l-aħħar.
Carlos Sainz kien ingħaqad ma’ Ferrari sena ilu u fl-istaġun li għadda temm fil-ħames post.