Footballer ma’ għaqda lokali nżamm arrestat wara li uffiċjali tal-immigrazzjoni nnotaw li l-permess għal residenza tiegħu ġie ffalsifikat meta ġie lura Malta minn safra.
In-Niġerjan, li għandu 22 sena, ġie arrestat fl-ajruport it-Tnejn u fil-Qorti ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti qalet li ma kinitx konvinta mir-rabtiet tal-akkużat lejn Malta, wara li d-Difiża fissret kif ma temminx li se jsirlu ġid jekk jintbagħat il-ħabs ta’ din l-età, u li jkun taħt is-superviżjoni tal-klabb tal-futbol li hu parti minnha.