Brian Gomes Dos Reis, ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li wieġeb ħati għal attentat ta’ frodi.
Ir-raġel, li huwa footballer professjonali, tressaq il-Qorti s-Sibt waranofsinhar akkużat li pprova jsarraf ċekk li ma kienx tiegħu, liema ċekk twaqqaf mill-Bank milli jissarraf.
Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, ir-raġel li għandu 27 sena u li huwa mill-Brażil u li jgħix f’Lisbona ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih madankollu sostna li ma kienx jaf li kien qed jikser il-liġi.
Għalhekk il-Maġistrat Ian Farrugia kkundannah għal sentejn ħaba sospiżi għal erba’ snin.
Il-Maġistrat wissa lill-imputat li kien assistit minn interpretu sabiex ma jerġax jikser il-liġi f’dan il-perjodu għaliex hemmhekk imbagħad ikun soġġett għal priġunerija.