Niċċa ta’ aktar minn mija u tnejn u ħamsin sena u waymarker ta’ żmien is-servizzi Ingliżi ġew irrestawrati fi proġett li l-Kunsill Lokali tal-Fgura wettaq permezz ta’ fondi tal-aġenzija LESA.
In-niċċa tinsab fi Triq il-Karmnu, waħda mill-eqdem toroq tal-Fgura, u fl-imgħoddi kienet tintuża biex minn Ħaż-Żabbar tmur Bulebel.
Il-waymarker ta’ żmien l-Ingliżi, li jinsab fl-istess triq, hu uniku għal-lokal u kien iservi bħala linja ta’ demarkazzjoni bejn ir-raba tal-Maltin u l-inħawi f’idejn is-servizzi ħakkiema.
F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, qal li l-fondi, li l-LESA qed trodd lura mit-taħrikiet, taw spinta lil proġetti fil-qalba tal-komunitajiet.
Għaċ-ċerimonja kienu preżenti wkoll is-Sindku tal-Fgura, Pierre Dalli, u membri oħrajn tal-Kunsill.