Il-Fondazzjoni Valletta 2018 illum fetħet l-uffiċini ġodda fil-Belt Valletta bi preparazzjoni għas-sena li fiha l-Belt Valletta se tingħata t-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropeja tal-Kultura.
F’konferenza tal-aħbarijiet ġie diskuss kif dan iċ-ċentru ta’ operazzjonijiet infetaħ wara li kien hemm tkabbir fit-tim tal-fondazzjoni.
Fl-indirizz tiegħu f’din il konferenza iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, spjega kif dan il-ftuħ se jservi ta’ motivatur sabiex ikun hemm iktar sinerġija u xogħol effiċjenti bejn id-dipardimenti.
Ghall-ftuħ uffiċjali kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista kif ukoll il-Ministru Owen Bonnici fejn żaru l-uffiċini l-ġodda kif ukoll iltaqgħu mal-ħaddiema preżenti