Dawk li jħobbu l-mużika ilhom isegwu l-vjaġġ ta’ Strummin’ sa mill-bidu tiegħu 18-il sena ilu, u l-kunċert annwali għall-karità li jiġbor flimkien kitarristi, kantanti u mużiċisti huwa wieħed millaktar avvenimenti mistennija f’Malta. Madankollu, ftit jafu li oriġinarjament Strummin’ beda bħala proġett żgħir. Maż-żmien il-proġett kiber u sar mistenni fil-kalendarju mużikali ta’ Malta filwaqt li kkontribwixxa għal diversi karitajiet lokali u proġetti umanitarji. Dan wassal għal grupp ta’ individwi u ħbieb tal-istess fehma biex jimxu pass ‘il quddiem , u jniedu ilFondazzjoni Strummin’.
Il-Fondazzjoni għandha għan ikbar minn sempliċement tipproduċi spettakli annwali. Hija mpenjata li tiffoka fuq is-sensibilizzazzjoni mużikali billi tinvolvi liż-żgħażagħ, u hekk tfittex li tħeġġiġhom u tgħinhom jiżviluppaw it-talenti u l-ħiliet tagħhom. Fi ftit kliem, il-Fondazzjoni Strummin’ ġiet mwaqqfa biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jesprimu l-kreattività tagħhom permezz tal-mużika, jipprovdu programmi u riżorsi edukattivi biex jiffaċilitaw dan, joħolqu ambjent li jkattar il-kollaborazzjoni u networking bejn mużiċisti, jibnu proġetti li jippermettu liż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet u jiksbu esperjenzi ġodda, u tkompli tiġbor fondi għal proġetti umanitarji.
Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju l-Fondazzjoni organizzat l-ewwel avveniment tagħha għallkomunità ta’ Strummin’, u tħabbru l-pjanijiet għas-sentejn li ġejjin. il-Fondazzjoni Strummin’ se tniedi l-ewwel proġett edukattiv tagħha dan is-sajf bl-għajnuna ta’ grupp ta’ voluntiera entużjasti biex jiżviluppa kontenut u jgħallem il-kitarra lil dawk ta’ kull età li għandhom il-ħajra jibdew jitgħallmu l-istrument. Dan se jagħmel il-kunċert annwali għall-karità Strummin’ iktar aċċessibbli għaż-żgħażagħ peress li l-ħiliet bażiċi biex wieħed jieħu sehem fil-kunċert ser jiġu pprovduti permezz ta’ dan il-programm. Il-kunċert għall-karità li jmiss ta’ Strummin’ se jsir fl-2020. Fit-tħejjija għall-kunċert, qed nappoġġjaw mużiċisti biex jiltaqgħu, jaħdmu flimkien u joħolqu arranġamenti innovattivi għall-kitarristi intermedji u ta’ livell ogħla li għandhom jintużaw f’din is-serata… It-tim diġà beda jaħdem biex jiżgura li l-avveniment għall-karità jkun saħansitra akbar u aħjar mill-edizzjonijiet ta’ qabel.
Strummers li ħadu sehem fil-passat forsi jistaqsu jekk humiex ser jippreparaw kunċert fl-2019. Għalkemm din is-sena il-Fondazzjoni mhux se tkun qed ittella’ il-kunċert tradizzjonali għallkarità ; ma jfissirx li mhux se jidhru fuq il-palk. Il-Fondazzjoni qed taħdem fuq proġetti ġodda biex ittella’ spettakli b’differenza. Qed jiġu żviluppati xogħolijiet kreattivi ġodda, iffukati fuq ilkitarristi u l-mużiċisti, bi pjan li jittellgħu fl-2019 u l-2020. Kurjużi? Segwu l-paġna ta Facebook www.facebook.com/strumminfoundation u l-Instagram tagħna @strummin_malta, biex iżżommu ruħkhom aġġornati dwar opportunitajiet, applikazzjonijiet u provi. il-Fondazzjoni Strummin’ qed tfittex ukoll li tistabbilixxi sħubijiet ewlenin ma’ sponsors korporattivi, kif ukoll tirrekluta voluntiera entużjasti biex jgħinu lill-Fundaturi u l-Bord ta’ lAmministraturi jwettqu l-viżjoni tagħhom u jgħinu li jintlaħqu l-għanijiet tal-Fondazzjoni. Tista’ tkun parti mill-familja ta’ Strummin’ billi tibgħat email lil foundation@strummin.mt.