Il-fond ta’ miljun ewro li se jkun qed joffri sapport lill-iskejjel u l-istudenti se jibda jopera fil-ġimgħat li ġejjin. Dan il-fond tħabbar fid-dokument tal-baġit f’Ottubru. L-għan wara dan il-fond huwa li se jkun qed joffri għajnuna finanzjarja diretta lil studenti li qed jaffaċċjaw diffikultajiet soċjali.
Din hija sfida li mhux qed taffaċċja skola waħda jew reġjun speċifiku iżda fil-verita huma realtajiet li jaffaċċjawhom skejjel u studenti madwar Malta u Għawdex. Il-Ministeru għall-edukazzjoni qal li m’hemmx raġuni waħda li twassal għal dawn ir-realtajiet, iżda jeħtieġ li jiġu indirizzati ladarba l-iskejjel, l-għalliema u l-awtoritajiet tal-iskejjel qed jaffaċċjaw din ir-realtá.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni spjega se jkun qed jaħdem fuq din ir-realtá permezz ta’ dan il-fond li ġie introdott għall-ewwel darba minn Gvern laburista li se jkun qed imur direttament għand l-uffiċjali tal-iskola biex jassistu lil dawn l-istudenti finanzjarjament. Filwaqt li se tkun qed tiġi provduta aktar għajnuna soċjali. Fl-aħħar sentejn, il-Gvern impjega aktar minn 100 ħaddiem li joffru għajnuna psikoloġika fl-iskejjel.