Il-Gvern se jkun qed iniedi l-Venture Capital Fund, li bih se jkun qed jgħin startups li ma jkunux jistgħu jġibu self minn banek kummerċjali. Dan se jiffoka fuq kumpaniji bi prodotti teknoloġiċi innovattivi.
Għal sena oħra se tkun qed titnieda s-Seed Investment Scheme. Din hi skema li tagħti inċentivi fit-taxxa lill-kumpaniji Maltin li jkunu investew fl-istartups.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Gvern ħadem ukoll biex, għat-tliet snin li ġejjin, isir f’Malta l-avveniment bl-isem EU Startup Summit. Dan mistenni jattira lejn pajjiżna 4,500 parteċipant fuq perjodu ta’ tliet snin.