L-Erbgha filgħodu ġie mniedi għat-tieni sena konsekuttiva fond ta’ €100,009 għar-riċerka fil-qasam Marittimu.
Ir-rettur tal-Universita il-Prof Alfred Vella spjega kif l-interess tal-iżola fil-baħar minn dejjem kien wieħed kbir u għalhekk huwa xieraq li l-Università tiffoka aktar fuq dan il-qasam. Il-Ministru għat-turizmu Konrad Mizzi qal li dan il-fond multi dixxiplinarju ħa jgħin riċerkaturi u intrapriżi fir-riċerka tagħhom. Kompla jispjega kif bħalma ġara f’oqsma oħra, huwa jittama li permezz ta’ dan ħa jinħolqu setturi ġodda.
Preżenti kien hemm ukoll żewġ akkademiċi li diġà ibbenefikaw minn dan il-proġett li esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal dawn il-fondi li jagħmlu l-proġett tagħhom aktar viabbli.
Intant, dan il-ftehim sar b’kollaborazzjoni tal-Ministeru tat-Turiżmu, l-Università ta’ Malta u l-aġenzija Malta Marittima. Kull proġett jista’ jingħata sa’ massimu ta’ €20,000 u jrid ikun jitratta ideat innovattivi li mhux diġà qed issir.