Tnieda fond li se jiffinanzja inizjattivi li jipproteġu l-ambjent marittimu kif ukoll inaqqsu l-potenzjal ta’ ħsara ambjentali li jkunu marbutin mas-settur tal-akwakultura, imsejjaħ l-Fond għall-Akwakultura.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Akwakultura Alicia Bugeja Said, li sostniet li permezz ta’ dan il-fond se jinħolqu aktar opportunitajiet ġodda ta’ investiment f’dan is-settur.
Is-Segretarju Parlamentari spjegat kif dan il-fond se jimbotta ’l quddiem dan is-settur li jagħti kontribut lill-ekonomija Maltija.
“Il-Fond tal-Akwakultura qed inieduh għall-ewwel darba u permezz tiegħu se nkunu qegħdin nattiraw tnax-il proġett ta’ riċerka, innovazzjoni, li b’xi mod ieħor tista’ tgħin l-ambjent marittimu. Hawnhekk qegħdin nistiednu studenti li qed jagħmlu riċerka, l-għaqdiet volontarji u anki organi pubbliċi, li b’xi mod jew ieħor jistgħu jibbenefikaw minn dan il-fond sabiex flimkien inkomplu nieħdu ħsieb l-ibħra tagħna.”
Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said