Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma tal-baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm f’Tas-Sliema magħrufa bħala Fond Għadir hija mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
Fil-15 ta’ Ġunju kienet ħarġet twissija dwar żbroff tad-drenaġġ li kien qed jaffettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI