Folol kbar imlew it-toroq tal-kapitali Iranjana, Tehran, għall-funeral tal-Ġeneral Iranjan Qasem Soleimani, li nqatel f’attakk bi drone mill-qawwiet Amerikani nhar il-Ġimgħa fuq ordni tal-President Donald Trump.
Il-Mexxej Suprem tal-Iran Ayatollah Khamenei mexxa t-talb fil-funeral u deher emozzjonat ħafna tul iċ-ċerimonja.
Nies jibku u oħrajn imissu t-tebut iddominaw ix-xena tul il-funeral, b’ħafna jkantaw versi li ġejja l-mewt għall-Amerka.
Bint Soleimani wissiet lill-Istati Uniti li qed taffaċċja ġurnata mdallma, u lil Trump qaltlu biex ma jaħsibx li għadda kollox wara l-qtil ta’ missierha.
Fl-età ta’ 62 sena, Soleimani kien meqjus mill-Istati Uniti bħala terrorist. Fl-Iran kien meqjus bħala eroj nazzjonali, u kien ikkunsidrat it-tieni l-aktar figura b’saħħitha fil-pajjiż.
L-Iran ħalef li jpattiha lill-Istati Uniti għall-mewt ta’ Soleimani, u l-Ħadd irritalja meta rtira mill-ftehim dwar il-produzzjoni tal-materjal nukleari.
Ritratt: AFP