Folla kbira ta’ nies attendiet għall-Open Day li ġiet organizzata llum fis-Salina Salt Pans.
Din l-Open Day ġiet organizatta mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima, bil-parteċipazzjoni tal-Birdlife.
Il-Ministru Josѐ Herrera qal li din hija xhieda ta’ Gvern li kontinwament jestendi l-ħidma tiegħu mhux biss ma’ ENGOs imma anke man-nies.
Qal li l-folla kbira li attendiet fis-Salina hija xhieda ta’ kemm in-nies huma konxji bis-sbuħija tal-ambjent ta’ madwarna.
Waqt din l-Open Day ittellgħu diversi stands edukattivi tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima, kif ukoll attivitajiet tal-Birdlife.
Il-Ministru Herrera fakkar li kien dan il-Gvern li ħa bis-serjetà dan il-proġett. Wara li ġew assigurati fondi Ewropej mill-Gvern preċedenti, sa mill-bidu ta’ din il-leġislatura dan il-Gvern mexxa u kkonkluda x-xogħol infrastrutturali li kellu bżonn is-sit.
Fakkar li x-xogħol fuq dan il-proġett bilkemm kien għadu beda. Dan huwa monument ta’ ħidma b’determinazzjoni u b’sinerġija mal-ENGOs.