Uffiċjal tal-Pulizija fl-Istat Amerikan ta’ Ohio spara tiri u qatel tifla ta’ karnaġġjon skur.
Jidher li l-Pulizija kienet għaddejja b’operazzjoni b’rabta ma’ rapport li daħlilha dwar allegat vjolenza b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Filmat li ġie elevat mis-sit juri diversi persuni jattakkaw persuna oħra, qabel ma ġew sparati diversi tiri lejn it-tifla.
S’issa ma ħarġux dettalji oħra dwar dan il-każ, iżda hemm inkjesta għaddejja.
Ritratt: Reuters