Fl-aħħar ħin reġa’ tfaċċa dak qisu ‘foam’ f’diversi żoni f’Malta, fosthom fl-ibħra f’San Ġiljan, fil-Qawra u fil-Port il-Kbir. Però dan jista’ tkun riżultat ta’ fenomenu naturali, qalet l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, liema fenomenu kien innutat ukoll f’inħawi oħra tal-Mediterran.
F’Marzu li għadda u anke s-sena li għaddiet kien hemm rapporti simili u dakinhar irriżulta li kien kaġun ta’ ikel li kien qed jingħata f’diversi fish farms li kellu iktar xaħam mis-soltu.
Filfatt l-Awtorita tal-Ippjanar irrevokat il-permess ta’ erba operaturi ta’ dawn il- fish farms minħabba l-impatt negattiv li kienu qed iħallu fuq il-baħar Malti. Eventwalent, saret ukoll rilokazzjoni.
Fi stqarrija, l-ERA ikkonfermat li ikkummisjonat investigazzjoni u monitoraġġ fl-aħħar xhur u li tinsab f’kuntatt mal-awtoritajiet lokali dwar dak li ġara tul il-jum.
Minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejin ma tistax tigħadda informazzjoni żejda sakemm mal-investigazzjoni tkun konkluża.