F’Novembru li għadda dawk jaħdmu full-time żdiedu b’5.9%.
Dan meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
In-numru ta’ ħaddiema fis-suq tax-xogħol f’Novembru tas-sena l-oħra kien ta’ 226,409.
B’hekk fil-ħdax-il xahar tas-sena l-oħra n-numru ta’ persuni jaħdmu full-time żdied bi 12,518 filwaqt li naqas in-numru ta’ persuni qiegħda b’136.
Dawk jaħdmu full-time fis-settur privat żdiedu bi 11,450 biex in-numru tagħhom laħħaq l-175,981 persuna.
Dawk jaħdmu fis-settur pubbliku żdiedu bi ftit aktar minn elf persuna biex in-numru laħħaq it-48,756.
Żieda notevoli ġiet irreġistrata wkoll fin-numru ta’ persuni li jaħdmu full-time għal rashom.
Fil-fatt dan in-numru ta’ ħaddiema f’din il-kategorija żdied b’1,376.
Żdiedu wkoll bi 11,142 dawk li jħaddmu n-nies magħhom.
L-NSO qal li l-akbar żieda tal-ħaddiema full-time ħadmu f’oqsma amministrattivi u li jagħtu servizz, segwiti minn dawk li ħadmu fis-settur tal-kostruzzjoni.
F’Novembru li għadda, dawk jaħdmu part-time żdiedu wkoll b’5.9% meta mqabbel ma’ Novembru tas-sena ta’ qabel.