L-għadd ta’ konvenji ta’ proprjetajiet residenzjali matul Novembru ta’ din is-sena ammontaw għal elf mitejn u tnejn u tletin konvenji, skont ċifri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO. Meta jitqabblu mal-istess xahar ta’ sena ilu, ifisser li kien hemm żieda ta’ sitta punt sebgħa fil-mija fil-konvenji x-xahar li għadda.
L-akbar għadd ta’ konvenji ta’ proprjetajiet residenzjali ġew irreġistrati f’San Pawl il-Baħar, Birkirkara u Marsaskala.
Fejn jidħlu l-kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetajiet residenzjali, Novembru rreġistra elf u wieħed, bil-valur tagħhom jaqbeż il-mitejn u sitta u ħamsin miljun ewro.
Il-maġġoranza assoluta tal-kuntratti, kważi tlieta u disgħin fil-mija, saru minn individwi u persentaġġ żgħir minn kumpaniji.