Matul ix-xahar ta’ Novembru, it-temp kompla jiksaħ u x-xita kompliet tiżdied, tant li l-gżejjer Maltin irreġistraw aktar minn 107 millimetri ta’ xita – kważi 6 millimetri aktar min-norma klimatika.
Fl-ewwel 10 ijiem ta’ Novembru seħħu tliet maltempati, segwiti minn erba’ maltempati oħra – waħda minnhom bis-silġ.
Il-25 ta’ Novembru kien l-aktar jum imxarrab, bi 28..3 millimetri ta’ xita.
L-aktar jum sħun kien is-6 ta’ Novembru b’temperatura ta’ 25°C, filwaqt li l-aktar jum kiesaħ kien il-21 ta’ Novembru b’temperatura ta’ 10°C.
It-temperatura medja tax-xahar kienet 18°C.
Minkejja x-xita u l-maltemp, Novembru kien xahar aktar xemxi mis-soltu, fejn il-gżejjer Maltin gawdew aktar minn 180 siegħa ta’ xemx, medja ta’ 6 sigħat kuljum.