F’Awwissu li għadda n-numru ta’ ħaddiema full-time żdiedu bi tlieta punt sitta fil-mija.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
F’din l-istatistika ħareġ kif in-numru ta’ ħaddiema full-time f’Awwissu kienu ta’ iżjed minn mitejn u erbgħin elf u seba’ mitt persuna.
Dan filwaqt li f’Awwissu tal-elfejn u għoxrin kien hemm iżjed minn mitejn tnejn u tletin elf ħaddiem full-time.
Dan ifisser li f’Awwissu tal-elfejn wieħed u għoxrin kien hemm żieda ta’ kważi tminnt elef u erba’ mitt ħaddiem.
Minn dawn il-ħaddiema full-time f’Awwissu, kważi mija u disgħin elf ħaddiem huma ħaddiema fis-settur privat, filwaqt li ftit iżjed minn wieħed u ħamsin elf ħaddiem jaħdmu fis-settur privat.
F’Awwissu tas-sena li għaddiet aktar minn tmienja u għoxrin elf ħaddiem kienu jaħdmu għal rashom.
L-NSO qal kif fl-istess xahar kien hemm kważi mija sitta u erbgħin elf ħaddiem full-time rġiel, waqt li kważi ħamsa u disgħin elf kienu nisa.
L-NSO qal ukoll kif l-iżjed żieda ta’ ħaddiema bejn Awwissu li għadda u Awwissu tal-elfejn u għorin ġew permezz tas-settur tal-arti u anke l-kostruzzjoni.
L-NSO nnutat ukoll li kien hemm żieda fin-nies jaħdmu part-time, l-aktar fis-settur professjonali u u dak turistiku.
Din l-istatistika mill-NSO ħarġet wara li s-sena li għaddiet għalqet bl-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja.