L-Istat Indjan ta’ Nagaland ipprojbixxa l-importazzjoni u l-bejgħ tal-laħam tal-klieb, aħbar li qed tiġi ċċelebrata minn bosta attivisti favut id-drittijiet tal-annimali.
Il-Gvern tal-Istat ħabbar dan wara kampanja kontinwa mtella’ minn bosta gruppi favur il-benesseri tal-annimali.
Din l-aħbar qed titqies bħala pass kbir ‘il quddiem sabiex jitwaqqaf l-abbuż fuq il-klieb fl-Indja.