ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Xogħol ta’ restawr u titjib biex il-Victoria Lines isiru l-ewwel trail nazzjonali

      13 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Tifħir għall-pixxina l-ġdida f’Għawdex mill-klabb tal-waterpolo tal-Otters

      13 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Juventus Club Vero Amore jiċċelebra 50 sena f’Malta bi żjara uffiċjali minn…

      13 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Malta u l-Arabja Sawdija: Ponti Ġodda għall-Kummerċ 

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-Pulizija Brittanika tarresta żagħżugħ b’rabta mal-ħruq taż-żewġ proprjetajiet tal-Prim Ministru Starmer

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Ġlied bejn gruppi militari differenti fi Tripli … uffiċjali Maltin siguri

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-President Amerikan offra li jkun preżenti għat-taħdidiet bejn ir-Russja u l-Ukrajna dwar…

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Fil-Bulgarija se jsir referendum dwar jekk għandhomx jidħlu fiż-Żona Ewro

      13 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      De Leo sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 35 player għall-partiti kontra l-Litwanja u…

      13 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Maratona tal-Pool b’risq Puttinu Cares mill-Kulleġġ Sta Margerita ta’ Bormla

      13 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Ċikliżmu: Aidan Buttigieg u Deborah Schembri jirbħu  l-ewwel tiġrija  tal-Kampjonat Nazzjonali Time…

      13 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Atletika: Josann Attard Pulis u Mark Herera juru konsistenza fil-Hudson Race Series

      13 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      De Leo sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 35 player għall-partiti kontra l-Litwanja u…

      13 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Maratona tal-Pool b’risq Puttinu Cares mill-Kulleġġ Sta Margerita ta’ Bormla

      13 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Xogħol ta’ restawr u titjib biex il-Victoria Lines isiru l-ewwel trail nazzjonali

      13 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Tifħir għall-pixxina l-ġdida f’Għawdex mill-klabb tal-waterpolo tal-Otters

      13 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ”L-Omm li tatna isimha” – Monument ġdid ix-Xatt tal-Kalkara

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Xogħol ta’ restawr u titjib biex il-Victoria Lines isiru l-ewwel trail nazzjonali

      13 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Tifħir għall-pixxina l-ġdida f’Għawdex mill-klabb tal-waterpolo tal-Otters

      13 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Juventus Club Vero Amore jiċċelebra 50 sena f’Malta bi żjara uffiċjali minn…

      13 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Malta u l-Arabja Sawdija: Ponti Ġodda għall-Kummerċ 

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-Pulizija Brittanika tarresta żagħżugħ b’rabta mal-ħruq taż-żewġ proprjetajiet tal-Prim Ministru Starmer

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Ġlied bejn gruppi militari differenti fi Tripli … uffiċjali Maltin siguri

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-President Amerikan offra li jkun preżenti għat-taħdidiet bejn ir-Russja u l-Ukrajna dwar…

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Fil-Bulgarija se jsir referendum dwar jekk għandhomx jidħlu fiż-Żona Ewro

      13 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      De Leo sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 35 player għall-partiti kontra l-Litwanja u…

      13 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Maratona tal-Pool b’risq Puttinu Cares mill-Kulleġġ Sta Margerita ta’ Bormla

      13 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Ċikliżmu: Aidan Buttigieg u Deborah Schembri jirbħu  l-ewwel tiġrija  tal-Kampjonat Nazzjonali Time…

      13 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Atletika: Josann Attard Pulis u Mark Herera juru konsistenza fil-Hudson Race Series

      13 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      De Leo sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 35 player għall-partiti kontra l-Litwanja u…

      13 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Maratona tal-Pool b’risq Puttinu Cares mill-Kulleġġ Sta Margerita ta’ Bormla

      13 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Xogħol ta’ restawr u titjib biex il-Victoria Lines isiru l-ewwel trail nazzjonali

      13 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Tifħir għall-pixxina l-ġdida f’Għawdex mill-klabb tal-waterpolo tal-Otters

      13 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ”L-Omm li tatna isimha” – Monument ġdid ix-Xatt tal-Kalkara

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
Lokali

F’mument mill-aqwa

minn ONE News 13 ta' Marzu 2017
minn ONE News 13 ta' Marzu 2017
  • ERBA’ SNIN WARA L-BIDLA FIL-GVERN
  • JISPIKKAW IL-FIDUĊJA, L-OTTIMIŻMU U S-SUĊĊESSI TAL-EWWEL DARBA

Erba’ snin wara li Joseph Muscat ħa t-tmun tat-tmexxija ta’ pajjiżna, hawn qbil ġenerali li l-pajjiż miexi ’l quddiem. Dan mhux qed jgħiduh biss l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika bħal dak tal-Eurobarometer, li jpoġġi liċ-ċittadini Maltin fost l-iktar ottimisti għall-ġejjieni tagħhom, iżda jgħiduh persuni minn oqsma differenti tal-ħajja, li l-polz tan-nies iħossuh fl-osservazzjonijiet li jagħmlu, jew iktar importanti minn hekk, b’ħidmiethom.

Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ numru ta’ persuni li l-iżvilupp ta’ pajjiżna jsegwuh mill-qrib. Fil-qosor, qalulna x’jaħsbu dwar l-ewwel erba’ snin tal-Gvern ta’ Muscat. Kollox ward u żahar? Le. Iżda, li sar titjib enormi biex Malta qiegħda f’pożizzjoni tajba li qatt ma kienet qabel, jaqblu lkoll.

L-artikolista ta’ esperjenza Marie Benoit saħqet kif “Erba’ snin ta’ Gvern Laburista ħallew impatt pożittiv fuq il-Gżejjer Maltin. Mill-bidu nett stajt tħoss l-enerġija ġdida li ġabu magħhom il-persuni li issa kienu se jkunu fil-Gvern. Gvern preċedenti għejja wara 25 sena jiggverna. Dan hu Gvern li jaġixxi mill-ewwel. M’hemmx tlajjar. Huwa Gvern effiċjenti u l-proġetti qed ikunu ffinalizzati.”

Reginald Fava, imprenditur ta’ esperjenza, qal mal-KullĦadd li “m’hemmx dubju li f’dawn l-aħħar erba’ snin il-pajjiż mexa ’l quddiem ħafna, kemm fl-ekonomija u kemm fl-affarijiet l-oħra li saru.”

Martin Scicluna, opinjonist li huwa wkoll parti minn gruppi ta’ ħsieb, qal li “fuq in-naħa t-tajba żgur hemm l-ekonomija li ngħatat imbuttatura. Għandna ekonomija vibranti u soċjetà eċċellenti. Jibqa’ postijiet fejn issib il-faqar iżda mingħajr dubju sejrin tajjeb ekonomikament.”

U  l-isbaħ ħaġa, jinnota Fava hi li dan l-effett jinħass fost in-nies. “Meta inti tgħid li l-individwu fit-triq kellu impatt fil-but, fejn jidħlu l-finanzi, fejn jidħlu l-pagi, fejn jidħlu affarijiet oħra li dak li jkun jista’ jixtri, inti qed tgħid l-impatt ġenerali tan-nies. Waqt li ċerti drittijiet li ngħataw lil ċerti setturi tal-popolazzjoni, dawk huma settorali, imma l-ieħor huwa ġid komuni, għal kulħadd. Dak huwa l-ikbar impatt, l-impatt fejn in-nies imxew ’il quddiem u avvanzaw fil-ħajja tagħhom. Dak huwa l-iktar impatt importanti. L-ieħor huwa importanti wkoll però huwa iktar settorali, jiġifieri li jolqot numru biex ngħid hekk żgħir ta’ popolazzjoni li huwa importanti wkoll, għax fil-pajjiż kulħadd għandu l-importanza tiegħu. Però l-impatt fejn tidħol il-ħajja ġenerali tan-nies, dik hija l-iktar ħaġa importanti għax il-bniedem qed jgħix aħjar u l-bniedem qed jaspira għal affarijiet li forsi f’ħajtu qatt ma kellu u issa jista’ jkollu,” argumenta Fava li żied li dak huwa fatt li ma jista’ jinnegah ħadd. Għalih hemm konklużjoni ċara: “Qegħdin f’sitwazzjoni ekonomika li qatt ma konna fiha. Dak huwa fatt. Dik hija l-verità.”

Wieħed mill-oqsma li żgur ikkontribwixxa għal dan kollu huwa t-turiżmu. Tony Zahra, imprenditur u rappreżentant ta’ dawk li jaħdmu fis-settur innota kif żdiedet il-konnettività u minkejja l-isfidi internazzjonali pajjiżna baqa’ jimxi ’l quddiem.

“Nemmen mhux biss li Gvern Laburista irreaġixxa għall-kwistjonijiet li nqalgħu, iżda li spikka kien kif f’dawn l-aħħar snin kellna l-abbiltà li l-imsieħba differenti inkluż il-Gvern, is-settur privat u l-lukandiera ġejna flimkien u antiċipajna l-isfidi li setgħu jinqalgħu u weġibna għalihom. Nemmen li din il-kontinwazzjoni tal-interazzjoni bejn il-Gvern u l-imsieħba għandha tissokta biex jibqa’ jkollna s-suċċess,” qal Zahra li wkoll innota r-riżultati rekord u bla preċedent.

Riżultati li nkisbu għax il-Gvern ra li jkun hemm iktar impenn f’diversi oqsma kif innotat l-ekonomista Fleur Vella li rrimarkat kif l-użu aħjar ta’  fondi mill-Unjoni Ewropeja kien kruċjali. “Kien hemm fondi f’periklu serju li jintilfu minhabba dewmien żejjed mill-Gvern. Il-fatt li dawn kienu salvati ġab żvilupp enormi  pereżempju fil-Birgu u ċ-Ċittadella fejn kien hemm żdingar għal żmien twil,” qalet Vella li mmarkat  bħala waħda mill-iktar affarijiet importanti l-fatt li ma ntilifx ċenteżmu wieħed ta’ fondi Ewropej.

Għax pajjiżna qed jara li jisfrutta bl-aħjar mod is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Xi ħaġa li kkummenta dwarha Stefan Grech, Malti li jaħdem Brussell.

“Minn pajjiż passiv, kuntent iħares l-istatus quo wara s-sħubija fl-UE, Joseph Muscat xpruna lil Malta tkun pajjiż għatxan għal sfidi ġodda li jisbqu mhux ftit iċ-ċokon tiegħu. Bħalissa, m’hawnx isbaħ milli tkun Malti fi Brussell biex tisma’ t-tifħir li qed tikseb iċ-ċkejkna Malta tagħna permezz tas-suċċess li qed ikollha fit-tmun tal-Ewropa. Mill-partit li kkampanja kontra d-dħul ta’ Malta fl-UE – għax hekk kien emmen dak iż-żmien – taħt Joseph Muscat il-PL sar il-Gvern li b’konvinzjoni, qed jilħaq il-milja ta’ Malta Ewropea.  It-tandem Louis Grech / Ian Borg kien fost l-aqwa riċetti ta’ suċċess għal Joseph Muscat f’din il-leġiżlatura; kombinazzjoni ta’ maturità u entużjażmu żagħżugħ li assiguraw għal Malta mijiet t’eluf t’ewro f’fondi Ewropej – sal-inqas ewro li stajna nġibu. L-aħħar u mhux l-inqas, matul dawn l-erba’ snin dejjem kienet l-istess UE li ċċertifikat b’konsistenza s-suċċessi miksuba mill-Gvern Malti,” iddikjara Grech mal-gazzetta KullĦadd.

 Perċezzjoni li nkisret

Dwar it-tkabbir ekonomiku kkummentaw oħrajn, u nisimgħu ħafna. Iżda, Stefan Grech għamel referenza għal dak li konna nisimgħu qabel l-elezzjoni ġenerali. Fuq kollox tajjeb ma ninsewx minn fejn tlaqna. “Il-Gvern ta’ Joseph Muscat kisser darba għal dejjem il-perċezzjoni li ‘ma’ Gvern Laburista ma tistax taħdem.’ Mhux talli hekk, talli ħareġ bħala probabbilment l-iktar Gvern “pro business” fl-istorja, iżda li madankollu, kien kapaċi jżomm bilanċ billi jiggarantixxi protezzjoni xierqa għaż-żgħir, ixejjen il-qagħad, itejjeb l-għajnuniet soċjali għal min ħaqqu, u jvara d-dibattitu (għalija b’mod irriversibbli) biex fl-aħħar tittejjeb il-paga minima nazzjonali,” żied Grech.

Fleur Vella wkoll innotat il-qagħda ekonomika tajba iżda enfasizzat l-iktar fuq il-fatt li dan il-ġid infirex fis-soċjetà. “Dan kien Gvern li ta iktar flus fl-idejn tal-ifqar faxxi. Daħħal l-in work benefit, żied il-pensjonijiet u raħħas il-kontijiet tal-enerġija. In-nies sabu iktar kuraġġ li jonfqu aktar allura kellna ekonomija iktar b’saħħitha,” qalet Vella li bħall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu nnotat kif il-konsum privat huwa mutur għall-ekonomija. U l-konsum  privat huwa possibbli għax iktar nies jaħdmu. U iktar nies daħlu jaħdmu għax daħlu “ċ-child care b’xejn u ssaħħet il-kura għall-anzjani” biex ommijiet u qraba ħarġu jaħdmu.

Dwar it-turiżmu, li dwaru tkellem Tony Zahra Vella nnotat kif kien hemm inċentivi bħal dawk li raw il-lukandi jżidu iktar sulari u l-inċentivi għal turiżmu intern fosthom il-prezz speċjali tal-vapur tal-Gozo Channel f’ċerti perjodi.

Vella ssemmi aspetti oħra. “Illum għandna pożizzjoni ekonomika stabbli fl-Enemalta li kienet f’xifer falliment hi b’riskju għall-banek lokali ewlenin. Fl-istess ħin kien hemm stabbiltà fil-prezz tal-fuel, xi ħaġa li toffri iktar serħan il-moħħ lill-konsumatur li jista’ jippjana aħjar,” qalet l-ekonomista Vella li nnotat kif dan hu Gvern li qed jiġbed investiment varjat bħal Crane Currency, fil-qasam tal-manifattura u Barts, fil-qasam tas-saħħa, fost oħrajn.

Iżda, l-ħajja mhix flus biss. Għalhekk l-inizjattivi f’oqsma bħas-saħħa u l-edukazzjoni. Filwaqt li Grech isemmi waħda mill-ikbar bidliet li seħħew f’pajjiżna. “Dan kien Gvern li indirizza ġrieħi fondi billi ġab eluf ta’ aħwa Maltin iħossuhom mill-ġdid parti integrali mis-soċjetà, wara snin twal t’aljenazzjoni, miċħuda mid-drittijiet ċivili tagħhom. Kien pass kuraġġjuz li Joseph Muscat ma ddejjaq xejn jieħu għax kien konvint li hekk kienet qed titlob is-sewwa. Biżżejjed wieħed ifittex f’Google “Malta civil rights” biex jibda japprezza l-ammirazzjoni li llum tgawdi Malta f’dan il-qasam,” kompla jirrimarka.

L-isfidi

L-opinjonisti jaqblu li baqa’ ċertu sfidi jekk kien hemm affarijiet li setgħu saru aħjar. “Issa kollox perfett? Il-perfezzjoni s-sema qiegħda mhux fid-dinja. Hemm affarijiet li morna ħażin fihom? U mela le. Min ma jagħmel xejn ma jiżbaljax. Min jagħmel ħafna affarijiet jista’ jiżbalja, jista’ jaqa’ u jweġġa’ rkopptu wkoll. Imma b’daqshekk? Iqum u jerġa’ jitlaq jiġri,” jgħid l-imprenditur Fava.

Għal Martin Scicluna l-ambjent jibqa’ l-ikbar tħassib. Malta l-industrija tal-kostruzzjoni esperjenzat tkabbir. “Esperjenzajna wisq żvilupp u bini mingħajr kontroll li mhux daqshekk tajjeb għas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tagħna,” qal Scicluna li nnota kif xi ħaġa li tappnet il-ħidma tal-Gvern kienet il-kwistjoni tal-Panama Papers b’Scicluna jargumenta li l-Prim Ministru seta’ aġixxa iktar malajr.

Dwar dan Benoit tinnota kif dan kien l-iktar Gvern fl-istorja li affaċċja skrutinju. “Madanakollu naħseb li dan hu l-iktar Gvern soġġett għal skrutinju fl-istorja ta’ Malta. Il-midja soċjali affettwat ħafna. Għandna Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni li ma kien xejn għajr negattiv dawn l-aħħar erba’ snin, u mistenni jkun iktar distruttiv iktar ma noqorbu lejn elezzjoni ġenerali,” qalet Benoit.

Tony Zahra jsemmi kif il-prodott Malti jrid jibqa’ jitjieb. “Irridu nevitaw li nagħmlu lil Malta suq ħieles kbir. Huma l-affarijiet iż-żgħar li jagħmlu d-differenza kollha jekk nagħmluhom tajjeb. Ejja nibqgħu nidentifikaw il-pożittiv u nagħmlu aktar minn dak u nidentifikaw in-negattiv u nnaqsuh.”

 Prim Ministru b’viżjoni

Fost il-pożittiv għall-pajjiżna hemm il-fatt li Malta tista’ sservi ta’ pont ta’ djalogu u Joseph Muscat spikka hawn. Grech jinnota kif minn mexxej żagħżugħ illum huwa statista Ewropew. Xi ħaġa li żgur innotajna meta f’Malta ġew iċ-CHOGM, il-Valletta Summit u l-Malta Summit.

“Waqt li beda l-mandat tiegħu ta’ Prim Ministru, bħala “vuċi fid-deżert” jipprova jiġbed l-attenzjoni tal-Ewropa għall-problema dejjem tikber tal-immigrazzjoni illegali u l-mijiet ta’ mwiet fil-Mediterran, illum insibu lill-Prim Ministru Malti mismugħ u stmat bħala vuċi ewlenija fid-dibattitu dwar il-futur ta’ din l-Ewropa. Hawn fi Brussell, ir-rispett u l-ammirazzjoni lejn il-Prim Ministru Malti tisimgħu kuljum mingħand nies gejjin minn kull rokna tal-Ewropa u anke lil hinn. Bħala Malti, tieħu pjaċir meta dan jingħad lilek direttament, però naqsam magħkom kemm tieħu iktar pjaċir bih meta tisimgħu b’kumbinazzjoni f’kuritur, kafetterija jew laqgħa,” qal Grech.

Ma’ dan l-argument iżżid Benoit: “Impressjonata ħafna b’dan il-Prim Ministru, jagħmilna kburin ħafna. Id-diskorsi tiegħu jagħmlu sens u jimpressjonani ħafna meta jitkellem fil-pubbliku. Għandu ċertu preżenza, u jassigura li l-ministri u s-segretarji parlamentari tiegħu jagħmlu xogħolhom sew. Il-preżenza tiegħu tinħass anke barra minn xtutna, dejjem jaqta’ figura tajba, jitkellem bis-sens, u għandu awtorità. Xogħlu bħala Ewroparlamentari serva bħala bażi eċċellenti. Fuq kollox kapaċi jospita l-mexxejja kif kien ċar fis-summit Ewropew li kellna m’ilux.”

X’inhu ġej?

U issa li għaddew erba’ snin mil-leġiżlatura l-ħsibijiet ta’ ħafna jibdew iduru fuq l-elezzjoni ġenerali. X’qed jistennew?

Martin Scicluna jgħid li “m’hemmx dubju li se tkun ġlieda bejn Gvern li se jgħid li qatt ma morna daqshekk tajjeb, li hu veru, u oppożizzjoni li se ttambar fuq il-korruzzjoni u l-Panama”

Fava qed jistenna kampanja miġġielda. “Jiena naħseb li se tkun a very hard fought campaign. M’għandix dubju minn dak. Però iktar ma tkun hard fought, iktar tkun kampanja interessanti. In a hard fought campaign, jien anke fil-linja żgħira tiegħi, ma jdejjaqnix. L-importanti li tkun hard fought u tkun fair ukoll fl-istess ħin,” temm jawgura Fava.

Hawn Stefan Grech isostni li waħda mill-aqwa armi li għandu l-Gvern huwa s-sens ta’ umiltà: “Dan kien Gvern li minkejja suċċess wara l-ieħor, dejjem żamm saqajh mal-art u qatt ma ħalla s-suċċess jew il-poter jitilgħulu għal rasu. Rajna Prim Ministru li anke fl-aqwa mumenti tiegħu, dejjem tenna li “aħna umani, niżbaljaw, m’aħniex perfetti” … espressjonijiet li qatt ma konna mdorrijin nisimgħu mill-politiċi taghna.”

B’kuntrast Benoit tinnota l-arroganza tal-Oppożizzjoni.

“L-għatx li l-Partit Nazzjonalista għandu għall-poter mhu normali xejn. Qed jinqdew b’kollox  u b’kulħadd li għandu s-setgħa jniżżel il-Gvern għarkopptejh. Nispera biss li ma jkunux vjolenti kif kienu fil-passat. L-ekonomija mxiet ’il quddiem grazzi għall-proġetti li implimenta l-Gvern u x-xogħol siewi ta’ Joseph Muscat u l- grupp tiegħu. Il-Gvern qed jipponta lejn persuni ekonomikament vulnerabbli u joffrilhom għajnuna varjata b’mod kontinwu. Dan verament huwa Gvern li jisma. Nispera li jerġa’ jkun elett biex ikompli proġetti li għaddejjin bħalissa u jibda oħrajn ġodda,” temmet tgħid mal-gazzetta KullĦadd.

TAGS GvernJoseph MuscatMaltaPartit Laburistatmexxija
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • De Leo sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 35 player għall-partiti kontra l-Litwanja u l-Olanda

    13 ta' Mejju 2025
  • Maratona tal-Pool b’risq Puttinu Cares mill-Kulleġġ Sta Margerita ta’ Bormla

    13 ta' Mejju 2025
  • Xogħol ta’ restawr u titjib biex il-Victoria Lines isiru l-ewwel trail nazzjonali

    13 ta' Mejju 2025
  • Tifħir għall-pixxina l-ġdida f’Għawdex mill-klabb tal-waterpolo tal-Otters

    13 ta' Mejju 2025
  • Juventus Club Vero Amore jiċċelebra 50 sena f’Malta bi żjara uffiċjali minn leġġendi Bianconeri 

    13 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept