F’Mejju li għadda n-numru ta’ persuni qiegħda u jirreġistraw għax-xogħol naqas b’aktar minn 2,400.
Dan meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.
Dan tikkonfermah statistika uffiċjali maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO.
Jirriżulta wkoll li n-numru ta’ persuni qiegħda naqas bi kważi 250 meta l-ħames xahar ta’ din is-sena jitqabbel max-xahar ta’ qabel.
Skont l-NSO, sal-aħħar ta’ Mejju li għadda, in-numru ta’ persuni jfittxu xogħol kien kważi 2,000.
L-NSO nnota li kien hemm tnaqqis drastiku ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol għall-inqas minn 21 ġimgħa.
Matul Mejju li għadda anki naqas in-numru ta’ persuni b’diżabilità jfittxu xogħol.
B’din l-aħħar statistika issa jfisser li Malta ilha sena sħiħa, b’mod konsekuttiv tirreġistra tnaqqis fil-qgħad waqt pandemija.
Il-qgħad ilu jonqos minn Ġunju tas-sena l-oħra, wara li kienet laqtitna l-imxija u issa jinsab fl-istess livell ta’ qabel faqqgħet il-pandemija.
Filwaqt li f’Mejju tas-sena l-oħra, l-ammont ta’ nies jirreġistraw kien ta’ 4,409, sa Mejju ta’ din is-sena n-numru ta’ dawk ifittxu xogħol naqas b’aktar min-nofs.