Dalgħodu f’Marsaxlokk għaddej eżerċizzju ta’ taħriġ minn diversi korpi dixxipplinati għall-eventwalità ħi pajjiżna jintlaqat minn tsumami.
Bħala parti mill-eżerċizzju, għall-ħabta tal-għaxra u għaxra, l-Awtoritajiet ġew infurmati minn Sqallija, li seħħ terremot qawwi fiż-żona.
Hawn il-Protezzjoni Ċivili infurmaw lill-Università ta’ Malta bit-terremot, u ġew mistoqsija jekk dan jistax iwassal għal tsunami.
Mal-konferma tal-Università, f’Marsaxlokk bdew jindaqqu s-sireni, u r-residenti ġew ordnati biex jevakwaw.
Bħalissa ONE News jinsab f’waħda miż-żoni ta’ evakwazzjoni, fejn ir-residenti qegħdin jirreġistraw mal-Awtoritajiet.


