Sa issa f’Malta saru miljun swab tests għall-COVID-19.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq Twitter fejn anke ta’ rringrazzjament tiegħu għat-tim iddedikat li jopera t-telefonati tal-111, kif ukoll ħaddiema fiċ-ċentri tal-ittestjar madwar Malta u Għawdex u laboratorji.
Intant, f’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, il-Ministru għas-Saħħa qal li 90% tal-każijiet pożittivi fl-aħħar ġimgħat kienu ta’ persuni mhux imlaqqma kontra l-coronavirus u għalhekk reġa’ tenna l-importanza tal-vaċċin.
S’issa 82.5% tal-adulti f’pajjiżna ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża filwaqt li 77% huma mlaqqma kompletament.
Bħalissa f’pajjiżna qed jitlaqqmu t-tfal u ż-żgħażagħ ta’ bejn it-12 u l-15-il sena.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/07/05/iz-zewg-pazjenti-li-hemm-l-isptar-bil-covid-19-ma-hadux-il-vaccin-90-tal-infezzjonijiet-huma-ta-nies-mhux-imlaqqma1/